Duration 1:28

IL-BŻONN GĦALL-GĦOTI TAD-DEMM JIBQA’ TUL IS-SAJF

133 watched
0
0
Published 5 Aug 2021

ONE.COM.MT • Tul ix-xhur sħan tas-sajf, l-appell jibqa’ sabiex wieħed jagħti d-demm. F’din il-mewġa tas-sħana, in-nies li jmorru jagħtu d-demm naqas bin-nofs u għalhekk jeħtieġ li aktar nies jikkonkorru. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: CHRIST BORG Tul ix-xhur tas-sajf ukoll jibqa’ l-appell sabiex wieħed jagħti d-demm. Dan hekk kif fl-aħħar tlett ijiem kienu biss sitta u disgħin (96) persuna, li huwa n-nofs ta’ dak li ġeneralment ikun hemm, li marru jagħtu d-demm. It-Tabiba Monique Debattista, li hija konsulent fi ħdan is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, saħqet li l-ħtieġa tad-demm jibqa’ anki f’din is-sħana. MONIQUE DEBATTISTA TABIBA “Il-bżonn tad-demm ma jieqaf qatt, il-pazjenti tagħna ovvjament jibqgħu għaddejjin b’ċertu kuri u trattamenti l-isptar li jkollhom bżonn is-sapport kontinwu. M’hemmx serħan, jiġifieri l-appell tagħna jibqa’ li n-nies jibqgħu jiġu hawn anke f’din is-sħana.” Dr Debattista qalet magħna kif il-proċess sabiex wieħed jagħti d-demm huwa ta’ madwar għaxar minuti, fejn tkun qed tgħin lill-persuni li jkunu se jiġu operati. MONIQUE DEBATTISTA TABIBA “L-appell tagħna huwa li bħalissa għandna bżonn speċifikament l-O positives. Jiġifieri jekk dak li jkun jaf x’inhu l-blood group tiegħu napprezzaw ħafna li jiġu jżuruna. Importanti dejjem li jġibu l-ID Card magħhom, kemm jista’ jkun qed nevitaw il-folol minħabba l-pandemija. Imma min jaf min jista’ jagħti forsi jista’ jħajjar lil ħaddieħor jiġu miegħu, għajnuna kbira ħafna għalina.” Iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardjamanga jinsab miftuħ kuljum mit-tmienja ta’ filgħodu sas-sitta ta’ wara nofsinhar.

Category

Show more

Comments - 0